Tumgik
mustafatalkforyou · 2 years
Text
Keith Schembri kien hedded lil Ram Tumuluri li seta’ jispiċċa bħal Daphne Caruana Galizia
Tumblr media
F’laqgħa li saret xahrejn wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Keith Schembri kien hedded lil Tumuluri – id-Direttur tal-Vitals – li hu seta’ jispiċċa bħalha jekk ma jikkoperax mal-Gvern.
Skont it-Times u s-sit The Shift News, Keith Schembri kien ċar ħafna fi kliemu: “Taf xi ġralha Daphne, żgur ma tridx tispiċċa f’dik il-pożizzjoni. Int tridna bħala ħbieb tiegħek, mhux għedewwa”. Dan il-kliem kien intqal mill-eks Chief of Staff ta’ Muscat f’laqgħa li kellu ma’ Ram Tumuluri f’Diċembru tal-2017.
Dan it-theddid fuq Tumuluri jissemma’ wkoll (għalkemm mhux fid-dettall) anke fl-aħħar rapport li ġie ppubblikat mill-NAO. Bi Schembri qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet.
Jidher li dan it-theddid beda malli l-iskandlu tal-isptarijiet tant eskala illi l-personaġġi kollha involuti bdew iduru għal xulxin.
Issa, f’rikors ta’ 500 paġna preżentat lill-Qrati Amerikani, Tumuluri qed jitlob li jingħata l-istatus ta’ whistleblower. Dan minħabba li skont hu, kien qed jirċievi theddid mill-Gvern Laburista u l-esponenti tiegħu. Tumuluri qed jipprova jinsinwa li meta daħlu lil ta’ Steward, dan kien pjan maħdum bizzilla.
Fid-dokument preżentat minnu, l-eks Direttur tal-Vitals jgħid li Schembri kien talbu jittermina l-kuntratt taċ-Chief Legal Officer tal-VGH kif ukoll tal-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Dan filwaqt illi ried japponta Chief Financial Officer li ried jagħżlu Schembri direttament. Jekk ma jagħmilx hekk, Keith Schembri kien qed jheddu li jkeċċih mill-pajjiż.
1 note · View note
mustafatalkforyou · 7 years
Text
LARS ERIK EBBE EBERHARDSON - MOSCOW - BOARD PRESIDENT
Overview
LARS ERIK EBBE EBERHARDSON is a Board President from Moscow. This person was born in August 1970, which was over 53 years ago. LARS ERIK EBBE EBERHARDSON is Swedish and resident in United Kingdom. This company officer is, or was, associated with at least 4 company roles.
Companies associated with this officer had at least £199 shareholder value and £213 cash in recent accounts.
Their most recent appointment, in our records, was to LDV GROUP LIMITED on 2006-07-28, from which they resigned on 2007-02-21.
0 notes